2.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2016 – Grupo Bimbo vs UASI (BIMBO)

(Kawża T-33/15) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BIMBO - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 156/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2014 (Każ R 251/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BIMBO bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grupo Bimbo, SAB de CV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 89, 16.3.2015.