27.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – GRE vs EUIPO (Mark1)

(Kawża T-32/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Mark1 - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 232/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 647/2014-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Mark1 bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 89, 16.3.2015.