DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA
(Imħallef uniku)
18 ta’ Lulju 2016
HE
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Ftehim bonarju dwar it-tilwima — Artikolu 91(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Ftehim ben il-partijiet fuq inizjattiva tal-Qorti Ġenerali — Tħassir tal-kawża”
Suġġett:
Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu HE titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Ottubru 2014, li permezz tagħha din tal-aħħar keċċietha fi tmiem il-perijodu ta’ prova tagħha qabel ma tkun permanenti.
Deċiżjoni:
Il-Kawża F‑93/15 hija mħassra mir-reġistru tal-Qorti Ġenerali bħala riżultat tal-ftehim li sar bejn HE u l-Kummissjoni Ewropea. HE u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim tagħhom.
Sommarju
Rikorsi tal-uffiċjali – Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir tal-kawża mir-reġistru
(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 91(1)
(ara l-punt 8)