29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/44


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2015 – ZZ et vs SEAE

(Kawża F-153/15)

(2016/C 111/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE, ippreżentata fir-rendikonti ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti, sa fejn din tikkostitwixxi l-ewwel applikazzjoni tat-tnaqqis ta’ 25 % sa 20 % tal-allowance tal-kundizzjonijiet tal-ħajja skont deċiżjoni tad-direttur ġenerali amministrativ.

Talbiet

tiddikjara d-deċiżjoni tad-direttur ġenerali amministrativ tas-SEAE tat-23 ta’ Frar 2015 inapplikabbli għar-rikorrenti;

konsegwentement, tannulla r-rendikont ta’ remunerazzjoni tagħhom ta’ Marzu 2015, u dak stabbiliti sussegwentement sa fejn dawn japplikaw ICV ta’ 20 %;

tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.