7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/46


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-132/15)

(2015/C 406/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiġi applikata l-klawżola ta’ riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, b’effett retroattiv, mid-data tad-dħul fis-servizz tar-rikorrent mal-Kummissjoni, u li jiġu sospiżi l-garanziji fir-rigward ta’ invalidità jew ta’ mewt u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li jiġi eskluż minn kwalunkwe reklutaġġ mill-Kummissjoni għal perijodu ta’ sitt snin mid-data ta’ tmien l-aħħar kuntratt tiegħu.

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg li tirrigwarda, minn naħa, l-applikazzjoni b’effett retroattiv kontra r-rikorrent tar-riżerva medika prevista fl-Arikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u s-sospensjoni tal-garanziji fir-rigward ta’ invalidità jew ta’ mewt u, min-naħa l-oħra, l-esklużjoni tar-rikorrent minn kull reklutaġġ mill-Kummissjoni għal perijodu ta’ sitt snin.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.