|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/42 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – ZZ et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-126/15)
(2015/C 414/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Kumpens lir-rikorrenti għad-dannu materjali li batew minħabba t-telf tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom miksuba taħt is-sistema nazzjonali wara t-trasferiment tagħhom lejn is-sistema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea.
Talbiet
|
— |
tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tħallas is-somom imsemmija fir-rikors lil kull fond jew assigurazzjoni f’isem ir-rikorrenti; |
|
— |
sussidjarjament, tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tħallas EUR 61 121,08 lil ZZ, EUR 1 29 440,98 lil [rikorrent ieħor], EUR 76 324,29 lil [rikorrent ieħor], EUR 99 565,13 lil [rikorrent ieħor], liema somom għandhom jiżdiedu bl-interessi bir-rata ta’ 3,1 % fis-sena mid-data tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom fir-RPIUE; |
|
— |
sussidjarjament, tikkonstata li l-Qorti tal-Ġustizzja wettqet żball fl-okkażjoni tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti; |
|
— |
tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż. |