26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/57


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-121/15)

(2015/C 354/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrenti fil-pożizzjoni li kienet is-suġġett tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti COM/2014/2036, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjoni ta’ interruzzjoni tal-kuntratt għal terminu ta’ sitt xhur qabel ir-reklutaġġ ta’ membru tal-persunal li preċedentement kellu kuntratt fil-grad AT2c, b’applikazzjoni tan-Nota D(2005)18064 tat-28 ta’ Lulju 2005 tad-DG HR, kif ukoll il-kumpens għad-danni materjali u materjali allegatament subiti.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Mejju 2014 li fiha d-DG RRHH opponiet ruħha għar-reklutaġġ tar-rikorrenti;

tannulla, sa fejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni tal-14 ta’ Novembru 2014 li tiċħad l-ilment;

tordna l-kumpens għad-dannu finanzjarju u morali tar-rikorrenti li jirriżultaw minn dawn id-deċiżjonijiet stmati, mingħajr preġudizzju għal evalwazzjoni mill-ġdid, għas-somma ta’ EUR 3 26  275, fejn il-kumpens mogħti għandu jiġi miżjud bl-interessi moratorji indiċizzati;

tikkundanna lil Il-Kummissjoni għall-ispejjeż.