26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/56


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Europol

(Kawża F-120/15)

(2015/C 354/68)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: W.J. Dammingh u N.D. Dane, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, meħuda sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li tikkonferma r-rifjut li r-rikorrent jingħata kuntratt għal żmien indeterminat u li tofrilu somma f’daqqa li l-ammont tagħha ma huwiex, skont ir-rikorrenti, suffiċjenti sabiex jikkumpensaha għad-dannu li hija tallega li sofriet minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

Talbiet

jannulla kemm id-deċiżjoni tal-Europol tad-29 ta’ Lulju 2014, sa fejn din id-deċiżjoni ma tatix lir-rikorrenti kuntratt għal żmien indeterminat u sa fejn tofrilha kumpens ta’ EUR 10  000, kif ukoll id-deċiżjoni tat-22 ta’ Mejju 2015, sa fejn din tiċħad l-ilment tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tad-29 ta’ Lulju 2014;

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-avukati.