28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/55


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-113/15)

(2015/C 320/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: R. Rata, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ma tinkludix ir-rikorrenti fil-lista ta’ uffiċjali promossi taħt l-eżerċizzju tal-promozzjoni tal-2014.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Novembru 2014 tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea, maħruġa permezz tal-Avviż Amministrattiv Nru 41-2014, li jistabbilixxi l-lista ta’ uffiċjali promossi taħt l-eżerċizzju tal-promozzjoni tal-2014 sa fejn l-ismijiet tar-rikorrenti ma humiex inklużi;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.