26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/55


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-111/15)

(2015/C 354/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta lir-rikorrent u lill-konjuġi tiegħu r-rimbors tal-ispejjeż marbuta ma’ tliet fatturi ta’ intervent mediku u ta’ trattamenti marbuta mal-kanċer li hija ssofri minnu.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni li tirrifjuta r-rimbors tal-kontijiet 67, 68 u 72 marbuta mal-kura tas-saħħa sostnuti għall-konjuġi tar-rikorrent

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.