28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/53


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs KESE

(Kawża F-107/15)

(2015/C 320/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: KESE (Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li ddikjarat lir-rikorrent bħala rtirat b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2014 u deċiżjoni li tiċħad it-talba tiegħu għall-estensjoni tas-servizz.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2014 tas-Segretarju Ġenerali tal-KESE li ddikjarat lir-rikorrent bħala rtirat b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2014 filgħaxija;

jannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2014 tad-Direttur tar-Riżorsi Umani u tas-Servizzi Interni tal-KESE li rrifjuta, b’delega tal-Awtorità tal-Ħatra, li jagħti risposta favorevoli għat-talba għall-estensjoni tal-attività professjonali tiegħu sal-31 ta’ Mejju 2015 mressqa fit-3 ta’ Settembru 2014 mir-rikorrent;

jannulla kif meħtieġ id-deċiżjoni tat-22 ta’ April 2015 tas-Segretarju Ġenerali tal-KESE li ċaħdet l-ilment imressaq fit-22 ta’ Diċembru 2014 mir-rikorrent kontra d-deċiżjonijiet tas-7 ta’ April u tat-30 ta’ Settembru 2014;

tikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.