14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/70


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-101/15)

(2015/C 302/86)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD13 fir-rigward tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi fir-rigward tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014 sa fejn hija ma tinkludix isem ir-rikorrent;

jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.