24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/62


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-89/15)

(2015/C 279/80)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G.-M. Enache, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix inkluż ir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/248/13 u talba għal kumpens fir-rigward tad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-ħatra rigward l-ilment imressaq mir-rikorrent skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal li jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ selezzjoni sabiex ma jiġix inkluż ismu fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/248/13;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni rigward it-talba għal eżami mill-ġdid ippreżentata mir-rikorrent fil-kompetizzjoni EPSO/AD/248/13;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni fil-kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/248/13 sabiex ma jiġix inkluż isem ir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva għall-Kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/248/13;

tikkumpensa d-danni materjali u morali mġarrba. Danni materjali huma stmati mir-rikorrent li jammontaw għal EUR 50  000, li jirrappreżentaw it-telf ikkawżat mid-differenza bejn is-salarju bażiku li kien ikollu dritt għalih ladarba jintagħżel mil-lista ta’ riżerva u s-salarju bażiku attwali li kien għadu jirċievi. Id-danni morali huma stmati li jammontaw għal EUR 50  000 għall-piż fuq ir-rikorrent minħabba l-isforzi u l-ħin personali moħli mingħajr bżonn biex jieħu ħsieb is-sitwazzjoni u talli baqa’ 'il bogħod mill-familja tiegħu, meta kellu l-opportunità kieku ntagħżel mil-lista ta’ riżerva u li jingħaqad mal-membri tal-familja tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.