10.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/42


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-85/15)

(2015/C 262/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġux ammessi r-rikorrenti għall-istadju ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AD/204/10, wara ftuħ mill-ġdid ta’ din il-kompetizzjoni minn EPSO wara l-annullament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-deċiżjoni inizjali li ma jiġux ammessi r-rikorrenti għall-fażi ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni kif ukoll il-kumpens għad-danni lir-rikorrenti għad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet, tal-25 ta’ Lulju 2014, tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 indirizzati lil kull wieħed minnhom;

jagħti lil kull wieħed mir-rikorrenti kumpens provviżorju ta’ EUR 1  000,00, bħala dannu morali, u kumpens provviżorju ieħor ta’ EUR 2 27  899,50 bħala dannu finanzjarju;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.