24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/60


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea

(Kawża F-83/15)

(2015/C 279/76)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-perijodu ta’ prova tar-rikorrent u d-deċiżjoni sussegwenti tad-direttur eżekuttiv tal-konvenuta li jkeċċih wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ prova.

Talbiet

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-perijodu ta’ prova tar-rikorrent u, bħala konsegwenza,

tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar it-tkeċċija tar-rikorrent wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ prova, kkonfermata permezz ta’ deċiżjoni tat-30 ta’ Ottubru 2014.

tikkundanna lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għall-ispejjeż.