24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/55


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/15)

(2015/C 279/71)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tingħata biss żieda tal-kumpens ta’ 20 % tal-kapital previst għall-invalidità permanenti totali skont l-Artikolu 14 tal-leġiżlazzjoni komuni relatata mal-kopertura tar-riskji ta’ inċident u ta’ marda professjonali tal-uffiċjali tal-Komunitajiet u l-kumpens għad-dannu morali allegatament subit mir-rikorrent kif ukoll il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas ta’ interessi moratorji.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2014 li biha l-Kummissjoni tagħti żieda ta’ 20 % tal-kumpens msemmi fl-Artikolu 14 tal-leġiżlazzjoni relatata mal-kopertura tar-riskji ta’ inċident u ta’ marda professjonali tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-verżjoni applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2006, minħabba irregolaritajiet gravi tal-opinjoni mogħtija fit-8 ta’ Jannar 2014 mill-kummissjoni medika, sa fejn hija ma laqgħetx integralment it-talbiet tar-rikorrent u rikonoxxiet biss 20 % tal-kumpens, skont l-Artikolu 14 tal-leġiżlazzjoni komuni, għal dannu għall-funzjoni kardjopulmonari, mingħajr ma ttieħed inkunsiderazzjoni d-disturb mentali u d-disturbi funzjonali fl-irqad dovut għall-alterazzjoni tal-decubitus laterali xellugi;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tad-dannu stmat pro bono et aequo għal EUR 50  000 għad-dannu morali subit mir-rikorrent u marbut mad-dewmien tal-ħlas tal-kumpens mogħti;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-interessi moratorji kkalkolati minnha stess fuq EUR 98  372,51 għall-perijodu inkluż bejn iż-żmien ta’ sitt xhur wara t-tressiq tat-talba għal aggravament u d-data tal-likwidazzjoni effettiva tal-kapital, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament u applikabbli għall-perijodu kkonċernat, miżjud b’żewġ punti;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-interessi moratorji kkalkolati minnha stess fuq l-ammont li ser ikun stmat fil-ħruġ ta’ din il-proċedura, mid-data tas-sentenza sa dik tal-ħlas effettiv, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament u applikabbli għall-perijodu kkonċernat, miżjud b’żewġ punti;

f’kull ipoteżi, jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż u tal-ispejjeż tal-qorti.