24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/55


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/15)

(2015/C 279/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tal-proposta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Talbiet

jiddikjara illegali u, għaldaqstant, inapplikabbli l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Mejju 2014, aċċettata fil-11 ta’ Lulju 2014, li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul fis-servizz tagħha, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.