27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/49


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-70/15)

(2015/C 245/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni finali dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni (DĠE) il-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Talbiet

tiddikjara l-illegalità tal-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Lulju 2014 li tikkonferma t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tar-rikorrenti b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.