6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/27


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/15)

(2015/C 221/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Bellotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li tiġi maħtura persuna fil-pożizzjoni ta’ kap tal-unità C4 (“Legal Advice”) minflok ir-rikorrent, li kien qiegħed jaġixxa bħala kap tal-unità ta’ din l-unità sa mit-tluq tal-kap tal-unità preċedenti u li ressaq il-kandidatura tiegħu fil-kuntest tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti.

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni, bir-referenza Ares (2015)43686, tas-7 ta’ Jannar 2015, li tiċħad l-ilment imressaq fit-30 ta’ Settembru 2014 (Nru R/994/14) abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regoli tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Ġunju 2014 adottata mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, marbuta mal-ħatra tal-kap tal-unità OLAF.C4 (Legal advice);

tiddikjara li minħabba l-annullament taż-żewġ deċiżjonijiet iċċitati iktar 'il fuq, il-proċedura ta’ għażla tal-kap tal-unità OLAF.C4 (Legal advice) hija vvizzjata b’illegalità mill-mument tal-konstatazzjoni tal-illegalità;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-kumpens – ex aequo et bono – tad-dannu marbut mat-telf tal-opportunità subit mir-rikorrent f’ammont li ma jkun inqas mis-somma ta’ EUR 10  000;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.