|
1.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 178/28 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2015 – ZZ et vs CEPOL
(Kawża F-41/15)
(2015/C 178/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et
Konvenut: Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li tobbliga lir-rikorrenti jew li jirriżenjaw miċ-CEPOL, jew lil minn Londra jridu jittrasferixxu għal Budapest b’telf finanzjarju għal dawk li jittraferixxu rwieħhom, u kumpens għad-dannu materjali u għad-dannu morali allegatament ikkawżat lir-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Annullament tad-deċiżjoni taċ-CEPOL Nru 17/2014/DIR, tat-23 ta’ Mejju 2014, li tipprevedi t-trasferiment taċ-CEPOL minn Budapest, l-Ungerija, mill-1 ta’ Ottubru 2014 u li informat lir-rikorrenti li “[i]n-nuqqas ta’ osservanza ta’ din l-ordni ser jitqies bħala riżenja effettiva mit-30 ta’ Settembru 2014”; |
|
— |
kif ukoll, u sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjonijiet taċ-CEPOL tat-28 ta’ Novembru 2014 li tiċħad it-talbiet imressqa mir-rikorrenti bejn it-8 u l-21 ta’ Awwissu 2014 kontra d-deċiżjoni ta’ hawn fuq; |
|
— |
kif ukoll, u, sa fejn ikun neċessarju, l-annullament tad-deċiżjonijiet taċ-CEPOL tat-22 ta’ Diċembru 2014 li bihom iċ-CEPOL “aċċettat” ir-riżenji rispettivi taż-żewġ rikorrenti; |
|
— |
kumpens għad-dannu materjali mġarrab mir-rikorrenti; |
|
— |
kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti; |
|
— |
kundanna taċ-CEPOL għall-ispejjeż. |