1.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 178/26 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-37/15)
(2015/C 178/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jitħallas l-allowance ta’ reinstallazzjoni doppja wara ċ-ċaqliq tiegħu fl-Isvizzera.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Mejju 2014 tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba tar-rikorrent għall-ħlas tal-allowance ta’ reinstallazzjoni li tikkorrispondi għat-tieni xahar tas-salarju bażiku tiegħu; |
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża. |