4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/51


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2015 – ZZ et vs Il-Kunsill

(Kawża F-32/15)

(2015/C 146/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Talba għall-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju u tal-pensjoni tar-rikorrenti tax-xahar ta’ Mejju 2014, sa fejn dawn jinkludu aġġustamenti ta’ 0 % għas-sena 2011 u ta’ 0,8 % għas-sena 2012, u talba għad-danni u interessi għad-dannu materjali allegatament ikkawżat.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati u, skont il-bżonn, id-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti;

tikkundanna lill-konvenut iħalsilhom l-arretrati fuq ir-remunerazzjoni li jikkorrispondu għal aġġustamenti tas-salarji u tal-pensjonijiet tagħhom bir-rata ta’ 1,7 % fl-2011 u l-2012, bħala kumpens għad-dannu materjali finanzjarju, miżjud bl-interessi moratorji bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew, miżjud b’żewġ punti, mid-data tal-1 ta’ Lulju 2011 u tal-1 ta’ Lulju 2012;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.