3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/55


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016 – Polizzi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-70/15) (1)

([Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Pensjonijiet - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba taħt skemi oħra - Deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tal-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat])

(2016/C 364/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rosalba Polizzi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara, aġent)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni finali ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) il-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015, p. 49.