3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/54


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Simon vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-28/15) (1)

((Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba bis-saħħa ta’ skemi oħrajn - Deċiżjoni li tirrikonoxxi akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz pensjonabbli li japplikaw id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors manifestament infondat))

(2016/C 364/70)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Anne-Claire Simon (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn G. Gattinara, aġent)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni finali ta’ trasferiment tad-drittijiet tar-rikorrenti għall-pensjoni fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) l-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 146, 4.5.2015, p. 49.