5.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/34


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Lorenzet vs EASA

(Kawża F-144/15) (1)

((Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Kuntratt għal żmien indeterminat - Leave mingħajr remunerazzjoni - Leave għal raġunijiet personali - Rifjut ta’ estensjoni ta’ leave mingħajr remunerazzjoni għal sena supplimentari - Artikolu 52 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg))

(2016/C 326/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Andrea Lorenzet (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentanti: inizjalment F. Manuhutu u A. Haug, aġenti, D. Waelbroeck u I. Antypas, avukati, sussegwentement F. Manuhutu u A. Haug, aġenti, A. Duron u C. Dekemexhe, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni li ma testendix il-leave għal raġunijiet personali mingħajr remunerazzjoni tar-rikorrent għal sena supplimentari.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Andrea Lorenzet għandu jbati l-ispjejjeż tiegħu u huwa kkundannat li jbati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni.


(1)  ĠU C 48, 08.02.2016, p. 102.