3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/34


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef wieħed) tal-20 ta’ Lulju 2016 – HL vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-112/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Lista ta’ Uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-diretturi ġenerali u mill-kapijiet ta’ dipartimenti - Omissjoni tal-isem tar-rikorrenti - Possibbiltà ta’ kontestazzjoni tal-lista ta’ uffiċċjali proposti għall-promozzjoni quddiem il-kumitat konġunt tal-promozzjoni - Eżami kumparattiv tal-merti tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni - Opinjoni adottata minn kumitat konġunt - Obbligu ta’ motivazzjoni))

(2016/C 364/40)

Lingwa tal-kawża:L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: HL (rappreżentant: R. Rata, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser, G. Berscheid u A.-A. Gilly, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-AIPN li l-isem tar-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ promossjoni annwali tal-2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HL għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 320, 28.09.2015, p. 55.