30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/50


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ April 2016 – CP vs Il-Parlament

(Kawża F-98/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kap ta’ diviżjoni - Perijodu ta’ prova - Nuqqas ta’ konferma fil-funzjonijiet ta’ kap ta’ diviżjoni - Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament - Telf ta’ opportunità))

(2016/C 191/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CP (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u O. Caisou-Rousseau, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni, tat-18 ta’ Lulju 2014, li, wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża F-8/13, CP vs Il-Parlament Ewropew, tas-26 ta’ Marzu 2014, ikkonfermat lir-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu ta’ kap ta’ diviżjoni, sa fejn din id-deċiżjoni ma tipprevedix ir-rikonoxximent retroattiv tal-istatus ta’ kap ta’ diviżjoni u l-għoti retroattiv taż-żieda fis-salarju bażiku għall-pożizzjoni tiegħu (allowance għall-pożizzjoni maniġerjali), u talba għad-danni fir-rigward tad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.

Dispożittiv

1)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CP is-somma ta’ EUR 3 219,55. Din is-somma għandha tiżdied bl-interessi moratorji kkalkolati bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament u applikabbli matul il-perijodu inkwistjoni, miżjud b’żewġ punti, mill-1 ta’ Lulju 2011 sad-data tal-ħlas effettiv.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015, p. 86.