20.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/37


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 – Guittet vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-92/15) (1)

((Servizz pubbliku - Ex uffiċjal - Sigurtà soċjali - Inċident - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Għeluq tal-proċedura - Iffissar tar-rata ta’ invalidità permanenti parzjali - Allowance addizzjonali għall-kapital imħallas f’każ ta’ invalidità permanenti parzjali - Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament - Truxija inkurabbli u totali))

(2016/C 222/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Christian Guittet (Cannes, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, vukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr, aġent, C. Mélotte, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tar-rata ta’ invalidità permanenti parzjali tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li parzjalment tirrifjuta t-talba tar-rikorrent, u t-talba għall-kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament mġarrba.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-6 ta’ Ottubru 2014 li għalqet il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea wara l-inċident tat-8 ta’ Diċembru 2003 li kien vittma tiegħu Christian Guittet, sa fejn din iffissat ir-rata ta’ invalidità permanenti parzjali dovut lilu skont l-Artikolu 12 tar-Regoli komuni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol, fil-verżjoni applikabbli qabel l-1 ta’ Frar 2006, għal 65 %, hija annullata

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil C. Guittet is-somma ta’ EUR 5 000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn C. Guittet.


(1)  ĠU C 29, 07.09.2015, p. 83.