3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/32


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – AV vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-91/15) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Eżami mediku li jippreċedi r-reklutaġġ - Dikjarazzjonijiet inkompleti waqt l-eżami mediku - Riżerva medika - Applikazzjoni retroattiva tar-riżerva medika - Nuqqas ta’ ammissjoni sabiex jibbenefika mill-allowance tal-invalidità - Annullament - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku))

(2016/C 364/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AV (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser, T. S. Bohr u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għal-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapplika fir-rigward tar-rikorrent il-klawżola ta’ riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg sa fejn hija ma tippermettilux jibbenefika mill-allowance tal-invalidità kif ukoll it-talba għall-kumpens għad-dannu morali allegatament subit.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Settembru 2014 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea applikat fir-rigward ta’ AV ir-riżerva medika msemmija fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil AV is-somma ta’ EUR 2 000 bħala kumpens għad-dannu morali subit minnu.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u għandha tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn AV.


(1)  ĠU C 406, 7.12.2015, p. 46