|
29.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/36 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Jannar 2016 – Proia vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-61/15) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Residenza abitwali ta’ qabel il-bidu tal-eżċerizzju tal-funzjonijiet - Perijodu ta’ studji segwiti minn perijodu ta’ prova u minn kuntratti suċċessivi ta’ xogħol fl-Istat tal-assenjazzjoni - Volontà preżunta tal-aġent ikkonċernat li jċaqlaq iċ-ċentru permanenti tal-interessi tiegħu sa mill-bidu tal-istudji tiegħu lejn l-Istat tal-assenjazzjoni - Assenza))
(2016/C 078/49)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alessandro Proia (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T.S. Bohr u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-uffiċċju ta’ amministrazzjoni u ta’ likwidazzjoni tad-drittijiet individwali tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2014 li tirrifjuta l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Settembru 2014 li tirrifjuta li tagħti lil Proia l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni abbażi tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea hija annullata. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn Proia. |
(1) ĠU C 221, 6.07.2015, p. 27.