7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/44


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Xenakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-52/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Irtirar volontarju - Età tal-irtirar - Talba għal estensjoni tas-servizz - Artikolu 52, it-tieni paragrafu tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ servizz - Interess tas-servizz))

(2015/C 406/46)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Yannis Xenakis (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba għall-estensjoni tas-servizz tar-rikorrent u, konsegwentement, li tikkonferma l-irtirar volontarju ta’ dan tal-aħħar fil-31 ta’ Ottubru 2014, u talba għad-danni bl-interessi għad-dannu materjali allegatament subit kif ukoll l-ammont ta’ ewro simboliku bħala riżarċiment għad-danni morali allegatament subiti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Y. Xenakis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 190, 8.6.2015, p. 38.