8.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/96 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Loecker vs SEAE
(Kawża F-34/15) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tas-SEAE - Membru tal-persunal temporanju - Fastidju psikoloġiku - Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Ċaħda - Talba għal ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva - Dritt għal smigħ - Ksur))
(2016/C 048/110)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Stéphane De Loecker (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għal-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment ta’ fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent kontra ċ-Chief Operating Officer tas-SEAE.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-14 ta’ April 2014 li permezz tagħha s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ċaħad it-talba għal assistenza skont l-Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea mressqa minn S. De Loecker hija annullata. |
2) |
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn S. De Loecker. |
(1) ĠU C 178, 1/6/2015, p. 25.