2.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/55


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Marzu 2016 – Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-23/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Obbligi - Atti li jmorru kontra d-dinjità tas-servizz pubbliku - Tixrid ta’ kummenti inġurjużi dwar uffiċjal ieħor - Artikolu 12 tar-Regolamenti tal-Persunal - Proċedura dixxiplinari - Investigazzjoni fil-forma ta’ eżami tal-fatti - Ċanfira - Artikolu 9(1)(b) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni - Irregolarità proċedurali - Konsegwenzi tal-irregolarità))

(2016/C 156/77)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li timponi sanzjoni dixxiplinari fuq ir-rikorrent li tikkonsisti f’ċanfira.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Petrus Kerstens għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015, p. 42.