8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/96


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Jäger-Waldau vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-17/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Talba għal emenda - Rifjut))

(2016/C 048/109)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arnulf Jäger-Waldau (Laveno, l-Italja) (rappreżentant: D. Fouquet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Berscheid, aġenti, sussegwentement G. Berscheid, aġent)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma temendax ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Arnulf Jäger-Waldau għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea


(1)  ĠU C 127, 20.04.2015, p. 40.