3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/18


Talba għal opinjoni mressqa mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 218(11) TFUE

(Opinjoni 2/15)

(2015/C 363/22)

Lingwa tal-proċedura: il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: U. Wölker, B. De Meester, M. Kocjan, R. Vidal Puig, aġenti)

Domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja

L-Unjoni għandha l-kompetenza neċessarja biex tiffirma u tikkonkludi waħedha l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles ma’ Singapor? B’mod aktar speċifiku,

liema dispożizzjonijiet tal-ftehim jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni?;

liema dispożizzjonijiet tal-ftehim jaqgħu taħt il-kompetenza kondiviża tal-Unjoni?; u

hemm xi dispożizzjoni tal-ftehim li taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri?