Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta ’ Lulju 2016 – BASF

(Kawża C‑456/15) ( *1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/87/KE — Artikolu 10a(5) — Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti — Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Metodu ta’ kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni uniformi transsettorjali — Deċiżjoni 2011/278/UE — Artikolu 15(3) — Deċiżjoni 2013/448/UE — Artikolu 4 — Anness II — Validità”

1. 

Domandi preliminari — Domandi identiċi għal dawk diġà ttrattati mill-ġurisprudenza — Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99) (ara l-punti 11-13)

2. 

Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Identifikazzjoni tal-elementi rilevanti tad-dritt tal-Unjoni — Riformulazzjoni tad-domandi (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punt 15)

3. 

Ambjent — Tniġġis atmosferiku — Direttiva 2003/87 — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Metodu ta’ allokazzjoni — Kalkolu fuq il-bażi tal-kwantità annwali massima ta’ tali kwoti li għandhom jiġu allokati — Teħid inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tad-determinazzjoni ta’ din il-kwantità, tal-emissjonijiet tal-produtturi tal-elettriku — Inammissibbiltà (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikolu 10a(3) u (5); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278, Artikolu 15(3)) (ara l-punti 16-23, id-dispożittiv 1)

4. 

Ambjent — Tniġġis atmosferiku — Direttiva 2003/87 — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Metodu ta’ allokazzjoni — Kalkolu fuq il-bażi tal-kwantità annwali massima tal-kwoti li għandhom jiġu allokati — Teħid inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tad-determinazzjoni ta’ din il-kwantità, tal-emissjonijiet iġġenerati mill-installazzjonjiet suġġetti għall-iskema ta’ skambju ta’ kwoti qabel is-sena 2013 — Inammissibbiltà (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, subparagrafu 1(b) tal-Artikolu 10a(5) u l-Anness I; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448, Artikolu 4 u l-Anness II) (ara l-punti 25, 26, id-dispożittiv 2)

5. 

Domandi preliminari — Evalwazzjoni tal-validità — Dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ dispożizzjonijiet ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-fattur ta’ korrezzjoni applikat mill-Istati Membri sabiex jiddeterminaw il-kwantità ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas — Effetti — Limitazzjoni ratione temporis (Artikoli 264(2) TFUE u 267 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448, Artikolu 4 u l-Anness II) (ara l-punt 27, id-dispożittiv 3)

Dispożittiv

1) 

L-eżami tal-ewwel u t-tieni domandi ma wera ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sa fejn din id-dispożizzjoni teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-emissjonijiet tal-produtturi tal-elettriku għad-determinazzjoni tal-kwantità annwali massima ta’ kwoti.

2) 

L-Artikolu 4 u l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma invalidi.

3) 

L-effetti tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Artikolu 4 u tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448 huma llimitati ratione temporis b’mod li, minn naħa, din id-dikjarazzjoni jkollha effett biss fi tmiem ta’ perijodu ta’ għaxar xhur dekorribbli mid-data tal-għoti tas-sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et (C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14, EU:C:2016:311), sabiex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tipproċedi bl-adozzjoni tal-miżuri neċessarji u, min-naħa l-oħra, il-miżuri adottati sa tmiem dan il-perijodu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet invalidati ma jkunux jistgħu jitqiegħdu f’dubju.


( *1 ) ĠU C 389, 23.11.2015.