Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta ’ Lulju 2016 – Pollmeier Massivholz vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑246/15 P) ( *1 )

“Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Miżuri tal-Istat li jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ impriża tal-qtugħ tal-injam fil-Land Hessen (il-Ġermanja) — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

1. 

Appell — Aggravji — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE ; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 26, 40, 41)

2. 

Appell — Aggravji — Aggravju indirizzat kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fuq l-ispejjeż — Inammissibbiltà fil-każ ta’ ċaħda tal-motivi l-oħra kollha (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 56) (ara l-punt 75)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

Pollmeier Massivholz GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


( *1 ) ĠU C 236, 20.7.2015.