29.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (Il-Ġermanja) fis-17 ta’ Diċembru 2015 – Ultra-Brag AG vs Hauptzollamt Lörrach
(Kawża C-679/15)
(2016/C 111/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ultra-Brag AG
Konvenut: Hauptzollamt Lörrach
Domandi preliminari
1. |
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi Doganali [Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità] (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna ġuridika ssir debitriċi tad-dejn doganali bħala persuna li wettqet l-introduzzjoni, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi Doganali, meta wieħed mill-impjegati tagħha – li ma huwiex ir-rappreżentant legali tagħha – li aġixxa fil-kuntest tar-responsabbiltajiet tiegħu, ikkaġuna l-introduzzjoni kontra l-liġi? |
2. |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: It-tieni inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
3. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: L-Artikolu 212a tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-aġir tal-persuna li pparteċipat fl-introduzzjoni kontra l-liġi jinvolvix ingann jew traskuraġni manifesta, hemm lok, fil-każ ta’ persuna ġuridika, li ssir referenza biss għall-persuna ġuridika jew għall-korpi tagħha jew għandu jiġi attribwit fir-rigward tagħha, l-aġir ta’ persuna fiżika impjegata magħha u li kienet responsabbli mill-operazzjoni inkwistjoni fil-kuntest tal-funzjonijiet tagħha? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.