21.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 106/13 |
Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 minn The Tea Board mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-625/13 – The Tea Board vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-674/15 P)
(2016/C 106/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: The Tea Board (rappreżentanti: M.C. Maier, A. Nordemann, Rechtsanwälte)
Partjiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Delta Lingerie
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni appellata tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-625/13 sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fir-rigward tas-servizzi li ġejjin koperti bit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fil-Klassijiet 35 u 38: Servizzi ta’ konsulenza fir-rigward tal-ħolqien u l-operat ta’ ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u ta’ aġenziji ċentrali għax-xiri ta’ prodotti bl-imnut u għal skopijiet ta’ reklamar; Promozzjoni ta’ bejgħ (f’isem oħrajn), reklamar, ġestjoni ta’ negozju, amministrazzjoni ta’ negozju, reklamar on-line fuq netwerk ta’ kompjuter, distribuzzjoni ta’ materjal ta’ reklamar (fuljetti, flyers, gazzetti gratuwiti, kampjuni), servizzi ta’ ġestjoni ta’ abbinamenti ta’ gazzetti għal oħrajn; Informazzjoni jew inkjesti dwar negozju; Organizzazzjoni ta’ avvenimenti jew esibizzjonijiet għal skopijiet kummerċjali jew ta’ reklamar, ġestjoni ta’ reklamanr, kiri ta’ spazju għal reklamar, reklamar fuq ir-radju jew televiżjoni, sponsorizzazzjoni permezz ta’ reklamar. (Klassi 35) Telekomunikazzjonijiet, trasmissjoni ta’ messaġġi u immaġni mgħejjuna mill-kompjuter, servizzi ta’ telediffużjoni interattiva konnessa mal-preżentazzjoni ta’ prodotti, komunikazzjonijiet b’terminals tal-kompjuter, komunikazzjonijiet fuq netwerk informatiku globali (xandir), miftuħ u magħluq. (Klassi 38); |
— |
jekk ikun il-każ, terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; |
— |
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. |
L-appell huwa intiż għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-625/13 tat-2 ta’ Ottubru 2015 sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fir-rigward tas-servizzi koperti bit-trade mark ikkontestata fil-Klassijiet 35 u 38. |
2. |
L-appell huwa bbażat fuq żewġ aggravji: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) u ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament. |
3. |
L-appellanti hija tal-fehma li l-funzjoni essenzjali ta’ trade mark Komunitarja kollettiva skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009, li tikkonsisti f’indikazzjoni li sservi sabiex tindika l-oriġini ġeografika tal-prodotti koperti, ma għandhiex isservi bħala indikazzjoni ta’ oriġini kummerċjali iżda biss sabiex tiggarantixxi l-oriġini kollettiva tal-prodotti jew servizzi offerti u mibjugħa taħt it-trade mark, jiġifieri li l-prodotti jiġu minn impriża li tinsab fir-reġjun ġeografiku adottat bħala trade mark Komunitarja kollettiva. |
4. |
Konsegwentement, fil-fehma tal-appellanti għandu jiġi konkluż li, fil-kuntest tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, l-oriġini ġeografika għandha tittieħed inkunsiderazzjoni bħala fattur rilevanti – meta ssir l-evalwazzjoni tax-xebh bejn il-prodotti u/jew servizzi inkwistjoni u/jew meta ssir evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni. |
5. |
Għalhekk, meta jsir paragun bejn prodotti u/jew servizzi ta’ trade mark Komunitarja kollettiva preċedenti skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009, li tikkonsisti f’indikazzjoni ġeografika, ma’ dawk ta’ trade mark Komunitarja individwali, ma huwiex, fil-fehma tal-appellanti, deċiżiv jekk il-prodotti u s-servizzi inkwistjoni jixxiebhux fir-rigward tan-natura, l-iskop, l-utenti finali u/jew il-kanali ta’ distribuzzjoni tagħhom. Għandu pjuttost jiġi mistoqsi jekk il-prodotti u/jew servizzi inkwistjoni jistgħux ikollhom l-istess oriġini ġeografika. |
6. |
L-interpretazzjoni tal-appellanti tal-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009 jirriżulta:
|
7. |
L-appellanti hija tal-fehma li l-kwalitajiet stabbiliti mill-Qorti Ġenerali b’rabta ma’ DARJEELING jistgħu jiġu ttrasferiti wkoll għal servizzi bħall-konsulenza dwar in-negozju jew servizzi tat-telekomunikazzjonijiet, u jistgħu isaħħu s-setgħa ta’ attrazzjoni tat-trade mark ikkontestata f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, l-appellanti tindika li l-Qorti Ġenerali ma pprovdiet ebda elementi ssostanzjati fid-deċiżjoni tagħha, fir-rigward tar-raġuni għalfejn il-kwalitajiet assoċjati mat-trade mark DARJEELING ma setgħux jiġu ttrasferiti għal servizzi fil-Klassi 35 u 38, liema fatt, fih innifsu, huwa żball ta’ liġi. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
(2) Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1)