29.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Versailles (Franza) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Electricité Réseau Distribution France SA (ERDF) vs Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS

(Kawża C-669/15)

(2016/C 078/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Versailles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Electricité Réseau Distribution France SA (ERDF)

Konvenuti: Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS

Domanda preliminari

Id-digrieti tal-10 ta’ Lulju 2006 u tat-12 ta’ Jannar 2010, implementati skont id-Digriet 2000-1196, tas-6 ta’ Diċembru 2000, u skont id-Digriet 2001-410, tal-10 ta’ Mejju 2001, li min-naħa tagħhom ġew implementati skont il-Liġi 2000-108, tal-10 ta’ Frar 2000, huma kuntrarji għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kienu l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea), sa fejn jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, li, jekk dan huwa l-każ, peress li ma ġietx innotifikata minn qabel lill-Kummissjoni skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 108 tal-imsemmi trattat, taffettwa l-legalità tagħhom?