14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší Správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fit-30 ta’ Novembru 2015 – Eko-Tabak s.r.o. vs Generální ředitelství cel

(Kawża C-638/15)

(2016/C 098/23)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší Správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eko-Tabak s.r.o

Konvenuta: Generální ředitelství cel

Domandi preliminari

1)

Weraq tat-tabakk imnixxfin, iċċattjati, b’parti irregolari, li z-zokk tagħhom tneħħa parzjalment, li għaddew minn proċess ta’ tnixxif primarju u ta’ umidifikazzjoni kkontrollata ulterjuri, li rrilevaw il-preżenza ta’ gliċerin u li jistgħu jitpejpu wara trasformazzjoni elementari (li tikkonsisti fid-dħin jew it-tqattiegħ tagħhom bl-idejn), jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu, totalment jew parzjalment, tabakk immanifatturat fis-sens tal-Artikolu 2(1)(c)(ii) jew tal-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE (1) dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (kodifikazzjoni)?

2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 5, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (kodifikazzjoni), jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta wkoll għad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk immanifatturat, tabakk li mhux imsemmi fl-Artikoli 2 u 5 tal-imsemmija direttiva, li, mingħajr ma jkun intiż għat-tipjip, jista’ madankollu jitpejjep (huwa ta’ natura jew tajjeb għat-titjip) u li huwa ttrasformat biex jinbiegħ lill-konsumatur finali?


(1)  ĠU L 176, p. 24.