|
8.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-23 ta’ Novembru 2015 – A-Rosa Flussschiff GmbH vs Union de recouvrement des cotisations de sécurité sociale et d’allocations familiales d’Alsace (Urssaf), aventi kawża tal-Urssaf du Bas-Rhin, Sozialversicherungsanstalt des Kantons Graubünden
(Kawża C-620/15)
(2016/C 048/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A-Rosa Flussschiff GmbH
Konvenuti: Union de recouvrement des cotisations de sécurité sociale et d’allocations familiales d’Alsace (Urssaf), aventi kawża tal-Urssaf du Bas-Rhin, Sozialversicherunganstalt des Kantons Graubünden
Domanda preliminari
L-effett marbut maċ-ċertifikat E 101 maħruġ, skont l-Artikoli 11(1), u 12a(1a) tar-Regolament Nru 574/72/KEE, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (1), mill-istituzzjoni indikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu dwar is-sigurtà soċjali tibqa’ tapplika għas-sitwazzjoni tal-ħaddiem impjegat, huwa impost, minn naħa, fuq l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet tal-Istat ospitanti, u min-naħa l-oħra, fuq il-qrati tal-istess Stat Membru, meta jiġi kkonstatat li l-kundizzjonijiet tal-attività tal-ħaddiem impjegat ma jaqgħux manifestament taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-regoli derogatorji tal-Artikolu 14(1) u (2), tar-Regolament Nru 1408/71 (2)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.