25.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Novembru 2015 – The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury
(Kawża C-591/15)
(2016/C 027/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited
Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury
Domandi preliminari
1) |
Għall-finijiet tal-Artikolu 56 TFUE u fid-dawl tar-relazzjonijiet kostituzzjonali li jeżistu bejn Ġibiltà u r-Renju Unit:
|
2) |
Miżuri nazzjonali fil-qasam fiskali li għandhom karatterisitiċi bħal dawk tan-New Tax Regime jikkostitwixxu restrizzjoni għad-dritt ta’ moviment liberu tas-servizzi, għall-finijiet tal-Artikolu 56 TFUE? |
3) |
Jekk dan huwa l-każ, l-għanijiet imfittxija, skont il-qorti tar-rinviju, mill-miżuri nazzjonali (bħan-New Tax Regime) huma għanijiet leġittimi li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni tad-dritt ta’ moviment liberu tas-servizzi, skont l-Artikolu 56 TFUE? |