1.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Novembru 2015 – X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-569/15)

(2016/C 038/37)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

1.

It-Titolu II tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li ħaddiem li jirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi li normalment jeżerċita l-attivitajiet tiegħu f’dan il-pajjiż li jieħu leave mingħajr ħlas ta’ tliet xhur għandu jitqies li jkun għadu, matul dan il-perijodu, jeżerċita attivitajiet bħala persuna impjegata fil-Pajjiżi l-Baxxi (ukoll) (i) jekk il-kuntratt ta’ xogħol tiegħu jinżamm fis-seħħ matul dan il-perijodu u (ii) jekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Werkloosheidswet (liġi dwar il-qgħad) Olandiża, dan il-perijodu jitqies li huwa perijodu li matulu huma eżerċitati attivitajiet bħala persuna impjegata?

2.

a.

Liema hija l-leġiżlazzjoni applikabbli konformement mar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 meta dan il-ħaddiem jeżerċita attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru ieħor matul il-leave mingħajr ħlas tiegħu?

2.

b.

Il-fatt li l-ħaddiem ikkonċernat ikun eżerċita, matul perijodu ta’ madwar minn ġimgħa sa ġimagħtejn, attività bħala persuna impjegata f’dan l-Istat Membru l-ieħor f’żewġ okkażjonijiet fis-sena sussegwenti u sussegwentement f’okkażjoni waħda matul kull waħda mit-tliet snin sussegwenti meta ma kienx b’leave mingħajr ħlas fil-Pajjiżi l-Baxxi jaffettwa r-risposta li għandha tingħata għad-domanda preċedenti?


(1)  Regolament tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).