|
1.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (ir-Rumanija) fit-28 ta’ Ottubru 2015 – Fondul Proprietatea SA vs Societatea Complexul Energetic Oltenia SA (CE Oltenia)
(Kawża C-556/15)
(2016/C 038/32)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Craiova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fondul Proprietatea SA
Konvenuta: Societatea Complexul Energetic Oltenia SA (CE Oltenia)
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 107 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-parteċipazzjoni tal-kumpannija Complexul Energetic Oltenia SA fil-kapital tal-kumpannija ta’ proġett Hidro Tarniţa SA, li l-għan tagħha huwa l-kostruzzjoni u l-ġestjoni tal-impjant idroelettriku Tarnița-Lăpuștești, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lill-produtturi ta’ enerġija eolika u fotovoltajka sa fejn l-għan iddikjarat tal-proġett huwa li jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ottimali għall-installazzjoni ta’ kapaċità ogħla fl-impjanti li jipproduċu enerġija ta’ dan it-tip, jiġifieri: hija miżura i) iffinanzjata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat; ii) li hija ta’ natura selettiva, u iii) li tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva, din l-għajnuna mill-Istat kienet suġġetta għall-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 108(3) TFUE? |