8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Wuppertal (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ottubru 2015 – Mircea Florian Freitag

(Kawża C-541/15)

(2016/C 048/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Wuppertal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mircea Florian Freitag

Konvenuti: Angela Freitag, Vica Pavel, Stadt Wuppertal, Oberbürgermeister der Stadt Wuppertal

Domanda preliminari

L-Artikoli 18 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtoritajiet ta’ Stat Membru huma marbuta jirrikonoxxu l-bidla ta’ isem ċittadin tal-imsemmi Stat Membru meta tali ċittadin ikun fl-istess ħin ċittadin ta’ Stat Membru ieħor u jkun kiseb (għal darba oħra), f’dan l-aħħar Stat Membru, il-kunjom oriġinali tiegħu mogħti fit-twelid, permezz ta’ bidla fl-isem li ma kinitx relatata ma’ bidla fl-istatus skont id-dritt tal-familja, minkejja li dan l-isem ma kienx akkwistat matul residenza abitwali taċ-ċittadin fl-Istat Membru l-ieħor u li kien ġie akkwistat fuq talba ta’ dan iċ-ċittadin?