14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-8 ta’ Ottubru 2015 – Melitta France SAS et vs Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

(Kawża C-530/15)

(2015/C 414/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Melitta France SAS, Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG, Délipapier, Gopack SAS, Industrie Cartarie Tronchetti SpA, Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica, SL, Kimberly-Clark SAS, Lucart France, Paul Hartmann AG, SCA Hygiène Products, SCA Tissue France, Group’Hygiène syndicat professionnel

Konvenut: Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

Domandi preliminari

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija mitluba tiddeċiedi dwar il-kwistjoni jekk bil-fatt li inkludiet “il-mandrini” (rollijiet, tubi, ċilindri) li jitkebbu magħhom prodotti flessibbli bħall-karta u folji tal-plastik, mibjugħin lill-konsumatur fost l-eżempji ta’ imballaġġ, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013 (1), kisritx il-kunċett ta’ imballaġġ kif ġie ddefinit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE, tal-20 ta’ Diċembru 1994 (2), u eċċedietx il-portata tal-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kompetenzi ta’ implementazzjoni tagħha.


(1)  Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 37, p. 10).

(2)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE, tal-20 ta’ Diċembru 1994, dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 13, p. 349).