18.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fis-7 ta’ Ottubru 2015 – Policie ČR vs Salah Al Chodor et
(Kawża C-528/15)
(2016/C 016/20)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Policie ČR, Krajské ředitelství policie Ústeckého kraje, odbor cizinecké policie
Konvenut: Salah Al Chodor et
Domanda preliminari
Is-sempliċi fatt li l-liġi ma ddefinixxietx il-kriterji oġġettivi għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ riskju sinjifikattiv li persuna barranija taħrab [Artikolu 2(n) tar-Regolament Nru 604/2013 (1)] iwassal għall-inapplikabbiltà tal-istrument tad-detenzjoni fis-sens tal-Artikolu 28(2) tal-istess regolament?
(1) ĠU L 180, tad-29 ta’ Ġunju 2013, p. 31.