30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2015 – Aiudaps – Associazione Italiana delle Unita Dedicate Autonome Private di Day Surgery e dei Centri Chirurgia Ambulatoriale vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute

(Kawża C-520/15)

(2015/C 398/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aiudaps – Associazione Italiana delle Unita Dedicate Autonome Private di Day Surgery e dei Centri Chirurgia Ambulatoriale

Konvenuti: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute

Partijiet oħra fil-proċedura: Roche SpA, Novartis Farma SpA, Regione Marche

Domanda preliminari

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2000/C 364/01) sa fejn jistipula li kull persuna għandha d-dritt li l-każ tagħha jinstema’ b’mod ġust, fil-pubbliku u fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi, u jistabbilixxi d-dritt għal proċess ġust, l-Artikolu 54 tal-imsemmija karta sa fejn jipprojbixxi l-abbuż ta’ dritt, kif ukoll l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, sa fejn jipprevedi li kulħadd għandu d-dritt li l-każ tiegħu jinstema’ b’mod ġust, fil-pubbliku u fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilit bil-liġi, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, skont l-Artikolu 10 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 1199 tal-President tar-Repubblika tal-24 ta’ Novembru 1971 u l-Artikolu 48 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 104 tat-2 ta’ Lulju 2010, tippermetti li waħda biss mill-partijiet fil-proċedura straordinarja ta’ istanza waħda quddiem il-Consiglio di Stato (kunsill tal-istat) tikseb it-trasferiment fl-ewwel istanza quddiem it-Tribunale Amministrativo Regionale (qorti amministrattiva reġjonali) mingħajr il-kunsens jew il-parteċipazzjoni tar-rikorrent jew ta’ partijiet oħra f’din il-proċedura?