|
16.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 381/25 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 minn Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-398/10, Fapricela vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-510/15 P)
(2015/C 381/27)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellanti: Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA (rappreżentanti: T. Caiado Guerreiro u R. Rodrigues Lopes, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
(i) |
tikkorreġi l-volum tal-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multa; |
|
(ii) |
tannulla parzjalment is-sentenza appellata sa fejn din tirreferi:
|
|
(iii) |
tikkorreġi, b’mod konformi, l-ammont tal-multa, b’mod partikolari permezz:
|
|
(iv) |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
|
a) |
Il-volum tal-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-multa u aċċettat mill-Qorti Ġenerali huwa vvizzjat bi żbalji evidenti, li jeħtieġu li jiġu korretti; |
|
b) |
Il-Qorti Ġenerali allokat b’mod indebitu l-oneru tal-prova u, f’dan is-sens, wettqet ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza fl-analiżi tal-fatti; |
|
c) |
Il-Qorti Ġenerali kisret id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni, kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-kalkolu tal-multa, liema fatt irriżulta fid-determinazzjoni tal-livell eċċessiv ta’ gravità tal-ksur; |
|
d) |
Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-determinazzjoni tal-ammont addizzjonali bħala effett dissważiv, b’effetti, b’mod partikolari, fuq il-proporzjonalità tal-multa. |